en Flag  mt Flag 

Għal oġġetti li huma kbar u goffi, tista’ tuża s-servizz tal-ġbir tal-iskart goff. Dan is-servizz huwa offrut b’xejn lid-djar kollha mill-Kunsill Lokali rispettiv. 

X’jiġi aċċettat


Apparat elettroniku

  • Fridges, freezers, air conditioners
  • Screens, moniters u apparat elettroniku li fih screens (bħal televiżjonijiet, laptops, u tablets) 
  • Apparat elettroniku kbir bħal fran elettriċi, washing machines, dishwashers, tagħmir tal-isports goff 
  • Apparat żgħir bħal microwaves, vacuum cleaners, ħadida tal-mogħdija, toasters, ktieli elettriċi, smart phones, printers u consoles tal-logħob


Għamara

  • Imwejjed, siġġijiet, sufani 
  • Gwardarobbi, sodod, dressers 
  • Desks, armarji


Tessuti u Oġġetti Relatati

  • Ħwejjeġ, twapet, purtieri u vireg tal-purtieri
  • Cushions, mħaded, u ċraret 
  • Bagalji 
  • Prams, pushchairs


Skart tal-ġonna

  • Zkuk, weraq, pjanti, qsari, 
  • Għodod tal-ġnien, lawn mowers 
  • Canopies, gazebos, parasol bases


Aċċessorji għall-karozza

  • Tajers, batteriji tal-karozzi, cover seats, mirja tal-karozzi 
  • Roti


Skart ieħor mid-djar

  • Saqqijiet, aerial tat-TV
  • Heaters tal-gass, gass cookers u fran 
  • BBQs 
  • Aċċessorji tat-tindif (bħal żiemel tal-ħwejjeġ, xkupi, twavel tal-mogħdija)


Biex tarmi l-iskart goff tiegħek, tista' jew tikkuntattja lill-Kunsill Lokali tiegħek jew iżżur wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff. Għal aktar informazzjoni dwar is-servizz tal-ġbir tal-iskart goff offrut mill-Kunsill Lokali tiegħek, jekk jogħġbok agħżel il-lokalità tiegħek mil-lista t’hawn taħt.


Last updated on 25/10/2021

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200