F’konformità mal-istrateġija sostenibbli ta’ Malta għall-ambjent u l-immaniġġjar tal-iskart, WasteServ tfittex li tipprovdi servizz nazzjonali permezz tal-proċessi tagħha ta’ rkupru u trattament tal-iskart fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff (CAS) f’Malta u Għawdex. Iċ-CAS ġew stabbiliti biex jilqgħu skart domestiku sseparat. L-iskart separat li jirriżulta jintbagħat għal aktar ipproċessar, irkupru, riċiklaġġ jew rimi f’faċilitajiet awtorizzati. Barra minn hekk, permezz tal-operat tar-Reuse Centres (li jinsabu fiċ-CAS), il-materjal jiġi rkuprat u rrindirizzat għall-użu mill-ġdid.
L-għanijiet ta’ WasteServ huma li tipprovdi servizz affidabbli ta’ ġestjoni tal-iskart, tipprevjeni t-tniġġis, tħares l-ambjent, u tippromwovi l-ekonomija ċirkolari. Dawn l-objettivi jintlaħqu f’ambjent ta’ xogħol sigur, filwaqt li nibqgħu impenjati li naqbżu l-aspettattivi tal-klijenti.
Permezz tal-ħidma fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff u l-fergħat oħra li jappoġġjaw dan, WasteServ tħabrek biex:
- Tkun konformi mal-Permessi Ambjentali applikabbli EP00343/25, EP00344/25, EP00345/25, EP00346/25, EP00347/25, EP00348/25, il-leġiżlazzjoni relevanti u r-rekwiżiti applikabbli;
- Tiżgura li jiġi pprovdut servizz effiċjenti u ta’ kwalità;
- Ittejjeb l-immaniġġjar tal-iskart fuq il-post;
- Tipprevjeni/tnaqqas l-ammont ta’ skart li jintrema fil-miżbla;
- Tipprevjeni t-tniġġis u tipproteġi l-ambjent;
- Iżżid l-għarfien u l-partiċipazzjoni miil-pubbliku fir-Reuse Centres;
- Tagħmel użu tajjeb mill-kompost prodott mill-iskart organiku agrikolu;
- Tiżviluppa u żżomm persunal kompetenti, kapaċi jipprovdi servizzi sikuri, konformi u professjonali;
- Tippromwovi l-aħjar prattiki tax-xogħol fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni, inklużi l-viżitaturi u l-kuntratturi;
- Tnaqqas / telimina l-perikli u r-riskji relatati mas-saħħa u s-sigurtà;
- Tippromwovi l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema fi kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà.
Dawn l-għanijiet huma reveduti kull tliet xhur u l-progress tagħhom huwa diskuss fil-laqgħat mal-Maniġment.
Bil-għan li nimplimentaw din il-politika aħna adottajna sistema ta’ immaniġjar ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta'
ISO 9001:2015,
ISO 14001:2015 u
ISO 45001:2018.
Aħna impenjati li ntejbu kontinwament is-sistema tal-immaniġjar tagħna u l-effiċjenza tagħha b’mod kostanti u ripetut. Din il-politika għandha tkun ikkomunikata lil, u mifhuma mill-impjegati kollha fl-organizzazzjoni. Aħna ser inkunu qed nikkomunikaw din il-politika mal-pubbliku, mal-viżitaturi u mal-kuntratturi fiċ-ċentri.
Din il-politika tiġi rriveduta fuq bażi annwali sabiex jiġi żgurat li l-enfasi fuq il-ħtiġijiet tal-klijent, il-preservazzjoni tal-ambjent u l-prevenzjoni ta’ korrimenti u mard relatati max-xogħol jinżamm, u biex il-miżuri tal-wegħda tagħna lill-klijenti jinkisbu.
It-trasportaturi tal-iskart reġistrati jistgħu jaċċessaw ir-regoli taċ-Ċentri għall-Iskart Goff hawn.