F'konformità mal-istrateġija tal-ambjent sostennibli u l-immaniġjar tal-iskart f’Malta, WasteServ tfittex li tipprovdi servizz nazzjonali permezz ta’ proċessi ta' rkupru tal-iskart u t-trattament li jseħħu fil-faċilità tat-trasferiment ġewwa Tal-Kus, ix-Xewkija, Għawdex. Il-faċilità ġiet stabbilita għal: (i) l-għażla, l-ippakkjar u/jew it-trasferiment ta’ skart riċiklabbli, (ii) il-kompattazzjoni tal-skart solidu muniċipali u skart organiku, u (iii) l-ipproċessar ta’ skart kummerċjali, skart goff u skart ta’ veġetazzjoni (green waste). Wara, il-frazzjonijiet tal-iskart jiġu trasferiti f’faċilitajiet oħrajn tal-WasteServ jew għand partijiet terzi, għal aktar ipproċessar skont kif ikun applikabli.
L-għanijiet ewlenin ta’ WasteServ huma li, tfittex li tikseb u ttejjeb is-sodisfazzjon tal-klijent, tipproteġi l-ambjent, u tipprovdi servizz tal-immaniġjar tal-iskart affidabbli li jħares l-ambjent, tippreveni korrimenti relatati max-xogħol u mard filwaqt li tipprovdi servizzi affidabbli ta’ immaniġjar tal-iskart lil dawk li jġorru l-iskart, li jipproduċu l-iskart, u li jixtru l-iskart ġewwa Għawdex.
Permezz tal-operat fil-faċilità u tal-fergħat varji li joffru appoġġ, WasteServ tħabrek biex:
- Tikkonforma mal-permess ambjentali EP 0022/21 u leġislazzjoni rilevanti;
- Timmassimizza l-estrazzjoni ta’ skart riċiklabbli;
- Tnaqqas l-emissjonijiet fl-arja billi tikkumpatta l-iskart f’kontejners u b’hekk tnaqqas it-trasferimenti tal-iskart lejn Malta;
- Tuża u żżomm il-faċilità b’mod effettiv;
- Tikseb feedback pożittiv minn dawk l-entitajiet li jġorru l-iskart, li jipproduċu l-iskart, u li jixtru l-iskart;
- Tnaqqas l-ilmenti tal-klijenti;
- Timplimenta miżuri ta’ ġerarkija ta’ kontroll sabiex telimina l-perikli u tnaqqas ir-riskji tas-saħħa u s-sigurtà;
- Tiżviluppa l-ħiliet tal-impjegati;
- Tippromwovi l-aħjar prattiċi tax-xogħol f’kull livell, inklużi viżitaturi u kuntratturi;
- Tiżgura li l-impjegati u/jew ir-rappreżentant tal-ħaddiema jipparteċipaw u jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà.
Dawn l-għanijiet huma reveduti kull erba’ xhur u l-progress tagħhom huwa diskuss fil-laqgħat mal-Maniġment.
Biex nimplimentaw din il-politika aħna adottajna sistema ta’ immaniġjar ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta'
ISO 9001:2015,
ISO 14001:2015 u
ISO 45001:2018.
Aħna impenjati li ntejbu kontinwament is-sistema tal-immaniġjar tagħna u l-effiċjenza tagħha b’mod kostanti u ripetut. Din il-politika għandha tkun ikkomunikata lil, u mifhuma mill-impjeġati kollha fl-organizzazzjoni. Aħna ser inkunu qed nikkomunikaw din il-politika mal-pubbliku, mal-viżitaturi u mal-kuntratturi fil-faċilità.
Din il-politika tiġi rriveduta fuq bażi annwali sabiex jiġi żgurat li l-enfasi fuq il-ħtiġijiet tal-klijent u preservazjoni tal-ambjent u l-prevenzzjoni ta’ korrimenti u mard relatati max-xogħol jinżamm, u biex il-miżuri tal-wegħda tagħna lill-klijenti jinkisbu.
Jekk jogħġbok agħfas hawn biex tara r-regoli tas-sit.