en Flag  mt Flag 

Tgħallem aktar dwar is-separazzjoni tal-iskart, sib tweġiba għall-mistoqsijiet tiegħek u ħu l-opportunità biex teħles minn skart riċiklabbi, kif ukoll skart perikoluż, mingħajr ma jkollok tmur f’Ċentru għall-Iskart Goff.

It-Trakkijiet tas-Separazzjoni tal-Iskart iżur bosta lokalitajiet u monti - mit-Tnejn sal-Ħadd f’Malta u mit-Tnejn sas-Sibt f’Għawdex - biex jagħmluha iktar faċli għalik sabiex tkun tista’ teħles mill-iskart b’attenzjoni u galbu, u biex fil-proċess tkun protett kemm int, kif ukoll l-ambjent.

Oġġetti li niġbru huma:

Ħwejjeġ

Plastik

Metall

Żejt tat-tisjir

Bozoz u tubi tad-dawl

Vażetti u fliexken tal-ħġieġ

Karta u Kartun

Batteriji żgħar

Basktijiet

Expanded Polystyrene

Borom u taġnijiet

Apparat Elettroniku żgħir

Żebgħa u Solventi

Bottijiet tal-isprej

Din l-inizjattiva, li tifforma parti mill-Kampanja ‘Sort It Out’, tnaqqas ukoll il-kontaminazzjoni tal-iskart riċiklabbi, minħabba l-fatt li t-Trakkijiet għandhom kompartimenti separati għal kull tip ta’ skart. Id-dati, il-ħinijiet u lokalitajiet preċiżi taż-żjarat tat-trakk tista' ssibhom minn hawn taħt. 

Din il-kampanja tifforma parti mill-proġett iffinanzjat mill-UE – ‘Encouraging sustainable waste practices in households and beyond’.

L-iskeda ta' din il-ġimgħa

Hawn taħt issibu l-programm ta’ żjarat madwar Malta u Għawdex għal din il-ġimgħa.
Malta: Mit-Tnejn sal-Ħadd | 07:00–12:30 & 13:30–16:00
Għawdex: Mit-Tnejn sas-Sibt | 08:00–12:00 u 13:00–18:00

Ministry Programme Banner

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200