Ikkuntatjana
Ingħaqad magħna għal din l-edizzjoni tal-European Week for Waste Reduction li se ssir bejn it-21 u d-29 ta’ Novembru 2026. Din l-inizjattiva tiġbor flimkien skejjel, amministrazzjonijiet pubbliċi, kumpaniji, NGOs, u ċittadini minn madwar l-Ewropa kollha li lkoll flimkien jaħdmu għall-istess għan: li jikkomunikaw il-messaġġ importanti dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-immaniġġjar tal-iskart. It-tema ta’ din is-sena hija Material Sufficiency, approċċ li jmur lil hinn mir-riċiklaġġ u s-separazzjoni tal-iskart. Dan il-kunċett jinkoraġġixxi lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet jirriflettu fuq kemm jikkunsmaw, jifhmu x’verament għandhom bżonn, u jreġġgħu lura sistemi ta’ produzzjoni u konsum, bil-għan li jitnaqqas l-iskart mis-sors.Iżda meta tkun qed tippjana l-attività tiegħek, xorta tista’ tagħżel li tiffoka fuq xi tema oħra – l-importanti li l-attività tiegħek tkun dwar l-importanza tat-tnaqqis, użu mill-ġdid jew riċiklaġġ tal-iskart.
Aqsam l-ideat oriġinali tiegħek permezz ta’ modi differenti ta’ komunikazzjoni li jħallu mpatt fit-tul u tkun pass eqreb lejn premju ta’ €1,000 f’waħda mis-seba’ kategoriji! Din il-webpage tagħtik ħafna ideat u ispirazzjoni. Importanti wkoll tieħu ftit ħin biex taqra r-regoli ta’ parteċipazzjoni.
Registrazzjoni issa miftuħa!
Biex tibqa’ aġġornat bl-aħħar aħbarijiet, segwina fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook.
Dwar dawn il-premjijiet
Kull sena, WasteServ tagħti rikonoxximent lill-aħjar inizjattivi matul il-Malta Waste Reduction Awards!
Ir-rebbieħa jirċievu premju ta’ €1,000..
Fil-każ ta’ premju fil-kategorija tal-istabilimenti edukattivi, jingħata premju lil aħjar 3 skejjel b’valur li jvarja bejn €1,000 u €3,000. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tħeġġeġ drawwiet sostenibbli fost l-istudenti, u biex tħejji ġenerazzjoni ġdida ta’ ċittadini ambjentalment konxji..
Ir-Rebbieħa tal-2026
Kategorija Clean-up - Vikings Sailing Club
Kategorija għall-Innovazzjoni- MSPCA Charity Shops
Kategorija Skejjel- L-ewwel post: St August College Primary School- It-tieni post: Sacred Heart College Junior School - It-tielet post: St Benedict College Pietru Pawl Saydon Kirkop Secondary School
Kategorija Negozji - Malta Freeport Terminals
Kategorija Għaqdiet Mhux Governattivi - Foundation for the Conservation of the Maltese Honey Bee
Kategorija Amministrazzjoni Pubblika - Kunsill Lokali Is-Siġġiewi
Kategorija għaċ-Ċittadini - Margaret Cutajar
Copyright © 2021 WasteServ Malta Ltd. Id-drittijiet kollha riżervati. Privacy Policy | Cookie Policy