Contact Us

en Flag  mt Flag 




Sfortunatament, fil-boroż tar-riċiklaġġ għadna nsibu ammont konsiderevoli ta’ skart organiku, ħġieġ, tessuti, skart elettroniku, skart mediku u sanitarju, u anke skart tal-kostruzzjoni bħal biċċiet tal-injam, madum u terrapien. 


Huwa għalhekk li nedejna l-kampanja edukattiva bl-isem ta’ Separate right, make our future bright.

Aħna mhux biss irridu nħeġġuk  tissepara l-iskart tiegħek imma rridu wkoll ngħinuk tissepara tajjeb.

U biex jgħinuna nagħmlu dan, ġibna lill-General Buzz u Commander Yellow. Dawn iż-żewġ supereroj qed jaħdmu bla waqfien sabiex jipproteġu l-ambjent mill-iskart kollu li qed joħloq il-Garbage Monster.

Xi drabi, bla ma nafu, nkunu qed ngħinu lill-Garbage Monster isir aktar b’saħħtu billi jew niġġeneraw ħafna skart jew ma nisseparawx l-iskart tagħna.

Madankollu, lkoll nistgħu nkunu aktar bħall-General Buzz u Commander Yellow u nkunu aktar konxji tal-azzjonijiet tagħna fejn jidħol l-ambjent u nagħrfu r-rwol importanti li għandna biex nirriċiklaw aktar u aħjar.


Għaliex problema? 

Meta l-oġġetti ħżiena jitpoġġew fil-borża tar-riċiklaġġ dawn jikkawżaw diversi problemi, bħal dewmien bla bżonn fil-proċess tal-issortjar peress li l-materjali kollha tal-borża tar-riċiklaġġ jiġu magħżula manwalment mill-impjegati tagħna.

Ċertu oġġetti li jintefgħu ħażin jistgħu jikkawżaw inċidenti serji. Batterija żgħira tista’ tikkawża nar meta tkun fil-makkinarju li nużaw biex niftħu l-boroż, filwaqt li siringi u skart kliniku ieħor huwa ta’ periklu għas-saħħa tal-impjegati tagħna.

Oġġetti ħżiena jistgħu wkoll jikkawżaw ħsarat fil-makkinarju tagħna.

Fl-aħħar nett, meta ħafna mill-oġġetti ħżiena jispiċċaw fil-fluss tal-materjal tar-riċiklaġġ dawn jitqiesu bħala kkontaminati u joħolqu problemi meta nesportaw dan il-materjal biex ikun jista’ jinbidel fi prodotti oħra.

Konfuż dwar liema oġġetti għandek titfa’ fil-borża tar-riċiklaġġ? 

Jekk int konfuż dwar kif u x’għandek tissepara, nistednuk tniżżel il-Gwida għas-Separazzjoni tal-Iskart.

F'din il-gwida, għandek issib informazzjoni dwar dak li jmur f'kull borża kif ukoll informazzjoni dwar is-servizzi kollha għar-rimi tal-iskart domestiku. 

Waste Seperation Guide



Għalfejn ma ssegwix lis-supereroj tagħna General Buzz u Commander Yellow fil-battalji tagħhom mal- Garbage Monster?

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200