Skart goff jiġi pproċessat mill-Kumpless ECOHIVE ġewwa n-Naxxar, u fIl-Faċilità għall-Irkupru tal-Materjal u l-Istazzjon ta’ Trasferiment tal-Iskart ġewwa Tal-Kus, Għawdex. Minflok tarmi kollox ġo skip wieħed jew tmur fil-Kumpless ECOHIVE bi skart imħallat, hemm għażliet oħra li huma orħos u li fl-istess ħin jiżguraw li r-riżorsi ma jintbagħtux ġol-miżbla.
Biex jintrema skart goff, entitajiet kummerċjali jridu:
- Jagħmlu użu minn servizz ta’ kuntrattur liċenzjat li jieħu ħsieb il-ġbir tal-iskart (waste carrier) biex jittrasporta l-iskart;
- Jagħmlu użu minn vettura tal-kumpanija biex jittrasportaw l-iskart. Il-vettura trid tkun irreġistrata mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ERA) u WasteServ;
- Iġibu l-Folja għar-Rimi tal-Iskart mill-WasteServ billi timtela l-formola onlajn.
Ħlas ta’ €20 għal kull tunnellata (VAT eskluża) japplika għall-iskart imħallat u għar-riċiklabbi €0.50 għal kull tunnellata.
Dawk il-kuntratturi imqabbda mill-Kunsill Lokali biex jiġbru skart domestiku goff jistgħu jarmu dan l-iskart fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff, skont
struzzjonijiet mill-Kunsill Lokali rispettiv. Dawn il-kuntratturi għandhom ikunu rreġistrati mill-Kunsill Lokali.