Permezz tal-Faċilità tal-Inċineratur, Wasteserv tfittex li tagħti servizz nazzjonali permezz tal-proċess tar-rendering u l-inċinerazzjoni. Il-Faċilità hija mwaqqfa biex tittratta annimali mejta, fdalijiet ta’ annimali, skart li joriġina minn kliniċi u sptarijiet, u skart perikoluż ieħor.
L-għanijiet ewlenin tal-Wasterserv huma li, tfittex li tikseb is-sodisfazzjon tal-klijenti, tipproteġi l-ambjent u tipprovdi servizzi affidabbli tal-immaniġjar tal-iskart, li jkun ukoll favur l-ambjent, lil dawk l-entitajiet li jipproduċu l-iskart, dawk li jġorru l-iskart u s-sidien tal-annimali domestiċi.
Permezz tal-operat fl-Inċineratur, u tal-fergħat varji l-oħra li joffru appoġġ, il-Wasteserv tħabrek biex:
- Tikkonforma mal-permess IPPC IP 0004/07 u mal-liġijiet u r-regolamenti ambjentali applikabbli kollha li jirrigwardjaw l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħna;
- Tuża l-impjant (u rizorsi tagħha) b’mod effettiv;
- Ittejjeb il-kapaċità tar-rimi tal-iskart perikoluż;
- Timmonitorja il-konsum tal-fuel u l-eletriku;
- Tissorvelja u tikkontrolla t-tniġġis tal-arja, effluwent u rmied iġġenerat;
- Timplimenta miżuri ta’ preparazzjoni għal każijiet ta’ emerġenza sabiex tnaqqas u tikkontrolla ir-riskju ta’ nirien u t-tixrid ta’ żjut;
- Tikseb feedback pożittiv minn dawk l-entitajiet li jipproduċu l-iskart, dawk li jġorru l-iskart u s-sidien tal-annimali domestiċi.
Dawn l-għanijiet huma reveduti kull tliet xhur u l-istatus tagħhom huwa diskuss fil-laqgħat mal-Maniġment
Bil-għan li nimplimentaw din il-politika, aħna adottajna sistema ta’ immaniġjar ibbażata fuq ir-rekwiżiti tal-ISO 9001:2015 u ISO 14001:2015.
Aħna impenjati li ntejbu kontinwament is-sistema tal-immaniġjar tagħna u l-effiċjenzja tagħha b’mod kostanti u ripetut. Din il-politika hija kkomunikata, u spjegata, lill-membri kollha tal-personal fi ħdan l-organizzazzjoni. Ahna ser inkunu qed nikkominikaw din il-politika mal-pubbliku, mal-viżitaturi u mal-kuntratturi fil-Faċilità.
Din il-politika tiġi rriveduta perjodikament sabiex jiġi żgurat li l-enfasi fuq il-ħtiġijiet tal-klijenti u preservazjoni tal-ambjent tinżamm, u biex il-miżuri tal-wegħda tagħna lill-klijenti jinkisbu.
Jekk jogħġbok agħfas hawn għar-regoli tas-sit