Nirien f’waħda mill-btieħi li jmissu mal-impjant tal-awtoklava

Nirien f’waħda mill-btieħi li jmissu mal-impjant tal-awtoklava

Għall-ħabta tas-7:30am ta’ dalgħodu, nirien ħakmu l-bitħa li tmiss mal-impjant tal-awtoklava. Fi ftit minuti, iż-żona kif ukoll il-ħaddiema kollha ġew evakwati.         

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħa l-kontroll tas-sitwazzjoni, u b’suċċess ikkontrolla n-nar fi żmien sagħtejn. In-nar jidher li oriġina minn bonemeal - prodott tal-impjant tal-awtoklava.         

L-inċineratur operat mill-WasteServ Malta ma kienx affettwat min dawn in-nirien, inkluż il-bitħa tiegħu. L-impjant, madankollu, ingħalaq bħala miżura ta’ prekawzjoni u nżamm standby sabiex ikun jista' jerġa' jinxtegħel hekk kif ikun hemm l-awtorizzazzjoni meħtieġa.          

WasteServ tixtieq tirringrazzja lit-tim tagħha, u lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għax-xogħol eċċezzjonali li sar sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni malajr.

 
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200