Jitħabbar proġett ieħor ta’ tħaddir fl-urban ġewwa l-Birgu b’investiment ta’ nofs miljun Ewro

Jitħabbar proġett ieħor ta’ tħaddir fl-urban ġewwa l-Birgu b’investiment ta’ nofs miljun Ewro

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar proġett ta’ tħaddir fl-urban ġewwa l-Birgu bi investiment ta’ nofs miljun Ewro. Is-sit magħżul għal dan il-proġett jinsab fil-periferija tal-Birgu u għalhekk se jkun faċilment jista jintlaħaq ukoll mir-residenti tal-Kalkara u Bormla.   

Dan il-proġett se jkun qed jikkonsisti f’ erba’ żoni differenti li se jinkludi żona għal pikniks li se tkun mgħammra bi mwejjed u bankijiet. Se jkun hemm ukoll spazju aħdar miftuħ li se jagħmel parti miż-żona rikreattiva u anke play area b’tagħmir tal-logħob għat-tfal. Filwaqt li f’ żona oħra se jkun hemm anke park tal-klieb.   

Il-Ministru Farrugia qal li dan hu proġett ieħor li se jkun qed itejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Siti bħal dawn qed joffru post sikur lir-residenti biex ikunu jistu igawdu spazji ħodor u miftuħa viċin djarhom. Il-Ministru Farrugia qal li dan is-sit se jkun qed jiġi mnaddaf fejn se jitneħħew ukoll il-pjanti invażivi. Dan se jippermetti li jinħolqu passaġġi għal aċċess konvenjenti ta’ kulħadd. F’dan il-proġett bħal proġetti oħra simili se jkunu qed jintużaw materjali naturali, bħall-injam biex jikkumplimentaw il-madwar.   

Il-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca qal li GreenServ bħalissa għaddejja b’numru ta’ proġetti f’diversi lokalitajiet fosthom il-Ħamrun, Ħaż Żabbar, Ħal Luqa, u Ħal Qormi. GreenServ se tkun ukoll qed tagħmel xogħolijiet fil-Ġnien ta’ San Anton, kif ukoll bħalissa għaddejja bl-istudji neċessarji biex Triq Sant’ Anna fil-Furjana tinbidel f’żona pedonali, kif ukoll bil-proġett tat-tisqif tal-mini ta’ Santa Venera.   

 
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200