Maltese Language   English Language
Ecowrap - azzjoni għal rigali iktar sostenibbli

Ecowrap - azzjoni għal rigali iktar sostenibbli

Meta Daniela u Luke De Bono ġiethom l-idea li jipparteċipaw fil-European Week for Waste Reduction, żgur m’għaddilhomx minn rashom li ftit xhur wara kienu ser jirrapreżentaw lill-pajjiżna bħala wieħed mill-finalisti fil-kategorija taċ-Ċittadini ġewwa Marsilja! 

Permezz tal-azzjoni tagħhom, immirata primarjament biex jitnaqqas l-iskart tal-ippakkjar fi żmien il-Milied, ħolqu boroż dekorattivi biex jintużaw għat-tgeżwir tar-rigali li jistgħu jibqgħu jintużaw għal diversi snin. Din l-azzjoni ġibdet l-attenzjoni wkoll minħabba li kellha għan altruwista. Hekk kif, apparti li gawda l-ambjent ibbenefikaw ukoll tfal fil-bżonn li rċevew assistenza finanzjarja mid-dħul ta’ din l-inizjattiva. 

Din l-esperjenza żgur li ser tibqa’ mnaqqxa f’qalb Daniela u Luke, mhux biss għax jafu bil-ġid li ġabet l-azzjoni tagħhom, iżda wkoll għall-ħin ta’ kwalità li qattgħu flimkien. 

Grazzi Daniela u Luke talli ipparteċipajtu u nħeġġukom tkomplu taqsmu l-esperjenzi tagħkom permezz tal-midja soċjali sabiex tqajjmu aktar kuxjenza u għarfien!


Dan l-artiklu huwa parti minn sensiela ppubblikata biex tippromwovi l-kampanja tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart 2024. Permezz ta’ dawn l-artikli, qed nippromwovu l-azzjonijiet tal-parteċipanti tal-edizzjoni preċedenti sabiex nuru l-isforzi tagħhom lejn l-immaniġġjar sostenibbli tal-iskart. Int ukoll tista’ tagħmel differenza! Ipparteċipa fl-edizzjoni ta’ din is-sena billi tirreġistra l-azzjoni tiegħek. Għal aktar informazzjoni, żur wsm.com.mt/ewwr.

 
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200