Maltese Language   English Language
WasteServ tippremja l-aħjar azzjonijiet favur l-ambjent fil-Malta Waste Reduction Awards

WasteServ tippremja l-aħjar azzjonijiet favur l-ambjent fil-Malta Waste Reduction Awards

Waqt id-disgħa edizzjoni tal-Malta Waste Reduction Awards, ġew ppremjati l-aħjar azzjonijiet tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart li isir kull Novembru. 

Bit-tema ta’ Komunitajiet Ċirkolari, din l-inizjattiva ħeġġet diversi komunitajiet biex jingħaqdu flimkien bl-azzjoni tagħhom bl-iskop li jippromwovu l-immaniġjar sostennibli tal-iskart. Ir-rebbieħa ntgħażlu minn ġurija esperta fejn kull proġett rebbieħ irċieva fondi sabiex jassistu fl-isforzi għat-tnaqqis tal-iskart kif ukoll ingħataw trofej ta’ l-okkażjoni. 

F’messaġġ tal-okkażżjoni, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli qalet li biex bħala pajjiż nkomplu nersqu lejn ekonomija ċirkolari hemm bżonn li naħdmu u nikkollaboraw flimkien. Il-Ministru Dalli spjegat kif dawn l-azzjonijiet iservu ta’ inspirazzjoni biex kulħadd jagħmel parti minn din il-bidla pożittiva lejn modi ta’ konsum u produzzjoni iktar sostenibbli. Hija rringrazzjat lil dawk kollha li pparteċipaw f’dan l-avveniment bl-ideat u l-azzjonijiet interessanti tagħhom għax b’hekk żiedu l-għarfien dwar it-tnaqqis ta’ l-iskart. 

Fid-diskors tal-ftuħ ta’ din iċ-ċerimonja, l-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Richard Bilocca rringrazzja lill-parteċipanti kollha talli bl-azzjonijiet tagħhom qed ikomplu jħeġġu lill-pubbliku biex iżidu l-isforzi tagħhom fejn tidħol is-separazzjoni u l-prevenzjoni tal-iskart. 

Waqt din iċ-ċerimonja ingħata wkoll rikonoxximent lil Kunsilli Lokali għal isforzi tagħhom favur l-immaniġjar tal-iskart fil-lokalità tagħhom fejn ġew ppremjati l-aħjar tlett lokalitajiet minn Malta u Għawdex.  

Il-Malta Waste Reduction Awards taspira biex tħajjar amministrazzjonijiet pubbliċi, kumpaniji, Għaqdiet mhux Governattivi u ċittadini sabiex jaħdmu favur l-ambjent. Permezz t’azzjonijiet u proġetti mmirati biex inaqqsu, jerġgħu jużaw u jirriċiklaw l-iskart, il-parteċipanti jkollhom ċans juru l-inizjattivi tagħhom.  Waqt dan l-avveniment jingħataw b’ total ta’ €17,000 fi premjijiet. 

Ir-rebbieħa tal-Malta Waste Reduction Awards jidħlu wkoll fi ċans jirrappreżentaw lil Malta fiċ-Ċerimonja Ewropea ta’ Premjazzjoni għat-Tnaqqis tal-Iskart, li tlaqqa’ l-aħjar parteċipanti fil-qasam, minn madwar l-Ewropa kollha.   

 
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200