Maltese Language   English Language
WasteServ tilqa l- opportunità li tippreżenta l-proċess tal-akkwist tal-proġett waste-to-energy

WasteServ tilqa l- opportunità li tippreżenta l-proċess tal-akkwist tal-proġett waste-to-energy

WasteServ tilqa’ t-talba tal-Oppożizzjoni biex l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jinvestiga l-proċess talakkwist tal-waste-to-energy hekk kif din se tkun opportunità oħra biex turi ix-xogħol li sar fuq dan ilproġett ta’ €600 miljun.

WasteServ dejjem imxiet mal-aħjar prattiki, bl-involviment tal-COWI — ditta globali ewlenija talinġinerija ta’ livell internazzjonali li tinsab fl-ewwel post f’ dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi ta’ konsulenza dwar l-immaniġġjar tal-iskart. 

WasteServ marret pass oltre u qabbdet ukoll lid-ditta ta’ konsulenza bbażata fir-Renju Unit Frith Resource Management biex tivverifika b’ mod indipendenti l-proċedura kollha tal-akkwist salevalwazzjoni tal-offerti sottomessi. Ir-rapport ta’ Frith ikkonferma kif ir-riżultat, u l-proċess tal-akkwist, tmexxew b’ mod ġust u ekwu.

Fil-fatt, is-sentenza tal-Qorti tal-Appell ma tikkontestax l-proċedura adottata mill-WasteServ li ikklassifikat l-offerenti jew il-punteġġ mogħtija — li kienu wkoll ikkonfermati mill-aqwa ditti internazzjonali fil-qasam — iżda kkonċentrat biss fuq dawk li hija qieset bħala konflitti ta’ interess perċepiti relatati malBord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi.

WasteServ issa qed tistenna direzzjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, u se tkun qed tgħaddi ddokumenti kollha hekk kif tiġi mitluba tagħmel dan. Dawn id-dokumenti jikkonsistu f’ 47 box-file li għadhom issiġillati taħt firem minn dakinhar li ġew ddepożitati fil-Qorti fis-27 ta’ Marzu, 2024.

“WasteServ se tkun qed tikkoopera bis-sħiħ mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika,” qalet il-kumpanija fejn żiedet li l-proġett propost diġà kien suġġett għall-istudji ambjentali kollha meħtieġa li kkonfermaw limpatt pożittiv nett fuq l-ambjent li dan l-proġett se jkollu.

WasteServ tenniet ukoll li r-riżultati pożittivi li kiseb il-poplu Malti — fejn ir-rata tar-riċiklaġġ mid-djar żdiedet b’ 266 fil-mija fl-aħħar 10 snin, il-borża s-sewda mid-djar naqset bi 31.5 fil-mija, u l-ġbir tal-iskart organiku u l-konverżjoni tiegħu f’ enerġija huma fl-ogħla livelli li qatt ġew irreġistrati.

 
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200